Għeżież President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel, President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, u President tal-Parlament Ewropew, David Sassoli,
Aħna, Parents for Future in Europe, bl-appoġġ ta’ ġenituri minn madwar id-dinja, nemmnu li f’dan il-mument storiku meta d-demokrazija u l-internazzjonaliżmu huma mhedda, l-istituzzjonijiet tal-UE jinsabu f’pożizzjoni unika biex jieħdu rwol mexxej u globali rigward l-implimentazzjoni ta’ strateġija kuraġġuża u deċiżiva għall-klima u t-tranżizzjoni ekoloġika.
Parents for Future huwa netwerk bażiku globali ta’ ġenituri attivisti favur il-klima ispirat mill-moviment Fridays For Future. Il-kriżi klimatika hija kwistjoni ta’ ġustizzja bejn il-ġenerazzjonijiet u għalhekk nikkollaboraw mill-qrib ma’ attivisti żgħażagħ favur il-klima u nappoġġjaw it-talbiet tagħhom. Immexxija mit-tħassib komuni għall-benesseri ta’ uliedna u ta’ ġenerazzjonijiet futuri, aħna nipprevedu pjaneta b’saħħitha fejn il-komunitajiet kollha jgħixu f’armonija flimkien u man-natura. Il-vuċi tal-ġenituri għandha tingħata widen f’fora ta’ politika internazzjonali.
Uliedna u l-ġenerazzjonijiet futuri qed jiffaċċjaw futur inċert minħabba l-kriżi klimatika u t-telfien tal-bijodiversità li dejjem qed jiżdied. Il-kriżi tal-COVID-19 esponiet il-fraġilità perikoluża ta’ sistemi globali soċjoekonomiċi, partikularment fil-kuntest ta’ ekosfera li qed tidgħajjef b’rata mgħaġġla. Is-sistema soċjoekonomika tagħna għandha tieħu pass enormi ’l quddiem lejn ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà.
Aħna konxji bis-sħiħ li l-UE se tonfoq riżorsi finanzjarzi pubbliċi sinifikanti li se jsiru d-dejn ta’ uliedna u li dan il-piż se jiżdied mad-dejn ambjentali enormi u indeskrivibbli li se nħallulhom. Nemmnu li l-mod kif se jintefqu l-fondi huwa ta’ importanza kbira; dan għandu jkun investiment u mhux spiża oħra għall-futur ta’ uliedna.
Kif esprimiet il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, il-Fond għall-Irkupru li se jiswa €750 biljun, u kull sforz ieħor ikkordinat mill-istimoli jirrappreżentaw opportunità unika għal triq ta’ żvilupp ġdid. Ta’ min jiftakar li l-Aġenda 2030 tan-NU tiċċara li l-istituzzjonijiet huma fost il-fondazzjonijiet ewlenin għas-sostenibbiltà u l-ekwità.
Nappellawlkom biex tqisu l-irwol fundamentali li għandkom fil-futur ta’ uliedna. Fond għall-Irkupru ekoloġiku li jħares ’il quddiem se jibgħat sinjal ta’ politika ċara mhux biss lis-swieq Ewropej imma lis-swieq globali wkoll. Bħala t-tieni l-akbar suq dinji, l-Unjoni Ewropea mhux biss hija f’pożizzjoni unika biex tieħu tmexxija globali imma għandha wkoll imperattiv morali biex tagħmel dan.
Nitolbu lill-Parlament Ewropew, lir-rappreżentattivi eletti tagħna, biex iħeġġu lill-Kunsill Ewropew biex jadotta linji gwida ta’ politika kuraġġużi u transformattivi għall-istrumenti tal-Finanzjament għall-Irkupru li qed jiġu ratifikati. Tali tmexxija għandha tiġi espressa permezz tal-għaqda ta’ intenzjoni u permezz ta’ viżjoni politika independenti u ġenwina orjentata lejn il-ġejjieni, u tqis bis-sħiħ dak li ż-żgħażagħ tagħna esprimew dwar il-moviment klimatiku għal dawn l-aħħar kważi sentejn. Nemmnu li t-tmexxija globali li tappoġġa l-iżvilupp ekwitabbli u sostenibbli hija possibbli u hija dmir tal-istituzzjonijiet tal-UE lejn iċ-ċittadini tagħhom.
Ninsabu f’salib it-toroq, u t-triq li se tagħżlu se tiddetermina jekk uliedna humiex se jkollhom kwalità ta’ ħajja meta l-ħajja innifisha tinsab mhedda.
Europe, 2020-06-12